
il-magħmudija t’imħabbtek - brodu lyrics
tfajt ħarsti l’bogħod, flejt mil*lvant sal*punent
u l*għabex kixef mitt lewn, u indunajt bħalek m’hemmx
kelmitni brimba b’għajnejn imberrqin
qaltli “dan ħela ta’ ħin”, qaltli “dan ħela ta’ ħin”
żfinna fit*trab ġo teatru bla żmien
xegħlet ħuġġieġa f’għajnejk
ġew l*anġli jqimuk, poġġejt ħdejk
aħseb f’isem ġdid għall*magħmudija
aħsilni fix*xmajjar tal*ġordan
is*salm responsorjali ma ftakartx
mill*gallarija fuq ġnien ittarraft
taħtek ħarist u intbaħt, kollox kien xejn u x*xejn ġarrabt
m’għadnix qed nagħraf bejn t’isfel u ta’ fuq
u int ħaddantni miegħek. farraġtni, lagħaqtli d*dmugħ
ejja għalija għax f’labirint tliftni
kun għalija l*ankra, il*kenn, il*port
u għidli fl*imħabba biss se tirtogħod
fiha rrid ninħeba
kollox frugħa f’din il*ħolma
tini l*pirmla. irrid nimrad bl*imħabba
Random Song Lyrics :
- sono solo canzonette - adria the reject lyrics
- bury a friend - novena lyrics
- cutthroat - spazzkyd lyrics
- notorious - upsahl lyrics
- liberta - kids united lyrics
- gimme love - nanobii lyrics
- люцифер (lucifer) - eg.danik lyrics
- fotografías - izal lyrics
- the way you make me feel - sarah menescal lyrics
- it's a long way down - liz stringer lyrics